Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2008 –
Il-Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C-248/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Riċerka u żvilupp – Sistema ta’ tnaqqis ta’ l-ispejjeż sostnuti barra mill-pajjiż”
1. Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxi fuq il-kumpanniji (Artikoli 43 KE u 49 KE; Ftehim ŻEE, Artikoli 31 u 36) (ara l-punti 25, 42-43 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur ta’ l-Artikoli 43, 48, u 49 KE, u ta’ l-Artikoli 31 u 36 ŻEE - Sistema ta’ tnaqqis ta’ spejjeż li jikkonċernaw attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp u innovazzjoni teknoloġika sostnuti barra mill-pajjiż iktar iebsa minn dik applikabbli għal spejjeż sostnuti fi Spanja. |
1) |
Dispożittiv |
2) |
Billi żamm fis-seħħ sistema ta’ tnaqqis ta’ spejjeż li jikkonċernaw attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp kif ukoll innovazzjoni teknoloġika li hija anqas favorevoli għall-ispejjeż sostnuti barra mill-pajjiż minn dawk sostnuti fi Spanja, liema sistema tirriżulta mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 35 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji, kif emendata bid-Digriet Irjali Leġiżlattiv 4/2004, tal-5 ta’ Marzu 2004, ir-Renju ta’ Spanja naqas li jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikoli 43 KE u 49 KE, dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll l-artikoli korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, jiġifieri l-Artikoli 31 u 36 ta’ dan il-ftehim. |
3) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |