Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Italja

(Kawża C-174/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 10 KE – Direttiva 2006/112/KE – Sitt Direttiva tal-VAT – Obbligi taħt is-sistema interna – Verifika ta’ operazzjonijiet taxxabbli – Amnestija”

Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Obbligi tal-persuni responsabbli għall-ħlas tal-VAT (Artikolu 10 KE; Direttivi tal-Kunsill 77/388, Artikoli 2 u 22, u 2006/112, Artikoli 2(1)(a), (ċ) u (d), u 193 sa 273) (ara l-punti 34-37 u d-dispożittiv)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) issostitwita, mill-1 ta’ Jannar 2007, mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Obbligi taħt is-sistema interna - Liġi nazzjonali li tirrinunzja għall-verifika tal-operazzjonijiet taxxabbli mwettqa matul sekwenza ta’ perijodi fiskali.

Dispożittiv

1)

Billi estendiet, permezz tal-Artikolu 2(44) tal-Liġi Nru 350, dwar id-dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u pluriennali tal-Istat (Liġi tal-finanzi għall-2004) [legge n. 350, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 2004)], tal-24 ta’ Diċembru 2003, għas-sena 2002, l-amnestija fiskali prevista fl-Artikoli 8 u 9 tal-Liġi Nru 289, dwar id-dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u pluriennali tal-Istat (Liġi tal-finanzi għall-2003) [legge n. 289, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 2003)], tas-27 ta’ Diċembru 2002, u billi pprovdiet, għalhekk, għal rinunzja ġenerali u mingħajr distinzjoni għall-verifika tal-operazzjonijiet taxxabbli mwettqa matul il-perijodu ta’ tassazzjoni relattiv għas-sena 2002, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1)(a), (ċ) u (d), u 193 sa 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, li mill-1 ta’ Jannar 2007 ħadu post l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif ukoll taħt l-Artikolu 10 KE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.