Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C-406/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Tassazzjoni diretta – Tassazzjoni tad-dividendi ta’ azzjonijiet ta’ kumpanniji – Rata ta’ taxxa fuq is-soċjetajiet”

1.                     Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni (Artikoli 43 KE u 56 KE) (ara l-punt 22)

2.                     Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq il-kumpanniji (Artikoli 43 KE u 56 KE; Ftehim ŻEE, Artikoli 31 u 40) (ara l-punti 25-28 u d-dispożittiv)

3.                     Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Leġiżlazzjoni fiskali (Artikolu 43 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 40) (ara l-punti 39-43 u d-dispożittiv)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 43 u 56 KE – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi eżenzjoni fiskali għad-dividendi li jitqassmu mill-kumpanniji nazzjonali, bl-esklużjoni ta’ dividendi li jitqassmu mill-kumpanniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

1)

Billi applikat, għad-dividendi ta’ oriġini barranija, sistema ta’ tassazzjoni inqas favorevoli minn dik applikata għad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 56 KE kif ukoll taħt l-artikoli korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, jiġifieri l-Artikoli 31 u 40 tiegħu.

Billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul (Liġi 2238/1994, kif emendata bil-Liġi 3296/2004), li permezz tiegħu s-soċjetajiet barranin huma ntaxxati iktar fil-Greċja mis-soċjetajiet nazzjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.