Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ April 2008 - Club Náutico de Gran Canaria vs Comunidad Autónoma de Canarias (Kawża C-186/07)

“Talba għal deċiżjoni preliminari – Sitt Direttiva tal-VAT – Eżenzjonijiet – Servizzi li għandhom rabta mal-prattika ta’ l-isport jew ta’ l-edukazzjoni fiżika – Applikazzjoni għall-Gżejjer Kanarji – Sitwazzjoni purament nazzjonali – Rinviju – Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari”

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Sitt Direttiva – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali (Direttiva tal-Kunsill 77/388) (ara l-punt 18)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal Superior de Justicia de Canarias – Interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-124/96 li kkonstatat l-inkompatibbiltà ma’ l-Artikolu 13A(1)(m) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p.1), ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi restrizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-VAT ta’ ċerti provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika ta’ l-isport jew ta’ l-edukazzjoni fiżika – Applikazzjoni għall-Gżejjer Kanarji.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias, permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Novembru 2006, hija inammissibbli.