Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta' Ġunju 2008 — Gaz de France — Berliner Investissement SA vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-247/08)

(2008/C 223/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gaz de France — Berliner Investissement SA

Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 2(a) moqri flimkien mal-paragrafu (f) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija Franċiża fil-forma legali ta' “société par actions simplifiée” tista' titqies, anki għas-snin ta' qabel l-2005, bħala “kumpannija ta' Stat Membru” fis-sens ta' l-imsemmija direttiva u għaldaqstant, fir-rigward ta' profitt imqassam fl-1999 minn waħda mill-kumpanniji sussidjarji Ġermaniżi tagħha, għandha tingħata l-eżenzjoni mit-taxxa mnaqqsa f'ras il-għajn skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435/KEE?

2.

Jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda,

l-Artikolu 2(a) moqri flimkien mal-paragrafu (f) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti ma jiksirx l-Artikoli 43 u 48 KE jew l-Artikoli 56(1) u 58(1)(a) u (3) KE jekk, moqri flimkien ma' l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435/KEE, huwa jipprovdi għal eżenzjoni mit-taxxa mnaqqsa f'ras il-għajn fil-każ ta' tqassim ta' profitti ta' kumpannija sussidjarja Ġermaniża lil kumpannija parent Franċiża fil-forma legali ta' “société anonyme”, “société en commandite par actions” jew “société à responsabilité limitée”, iżda ma jipprovdix għaliha fil-każ ta' kumpannija parent Franċiża fil-forma legali ta' “société par actions simplifiée”?


(1)  ĠU L 225, p. 6.