Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

11.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 260/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale (l-Italja) fit-22 ta' Lulju 2008 — General Beverage Europe B.V. vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Alba

(Kawża C-339/08)

(2008/C 260/12)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: General Beverage Europe B.V.

Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Ufficio di Alba

Domandi preliminari

1)

It-taxxa mnaqqsa f'ras il-għajn imposta fuq l-aġġustament ta' dividendi tikkostitwixxi taxxa mnaqqsa f'ras il-għajn fuq il-profitti pprojbita mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/435/KEE (1)?

2)

Il-klawżola ta' protezzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' din id-direttiva hija applikabbli, b'mod partikolari, jekk l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista' jastjeni milli japplika l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-direttiva, fil-każ fejn l-Istat ta' residenza tal-kumpannija parent jagħtiha kreditu tat-taxxa skond ftehim bilaterali?


(1)  ĠU L 225, p. 6.