Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2009 – Mechel Nemunas vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-119/08)

“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – L-Ewwel Direttiva tal-VAT – Sitt Direttiva tal-VAT – Artikolu 33(1) – Kunċett ta’ ‘taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ’ – Taxxa kkalkolata abbażi tad-dħul mill-bejgħ tal-impriżi intiża li tiffinanzja programm ta’ manutenzjoni u ta’ żvilupp tat-toroq nazzjonali”

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Projbizzjoni ta’ ġbir ta’ taxxi nazzjonali oħra li jkollhom in-natura ta’ taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 33(1)) (ara l-punti 34-38 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – Interpretazzjoni tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta’ April 1967 fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ [dħul mill-bejgħ] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 3-4) u tal-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 33-62) – Taxxa Litwana tat-triq ikkalkolata abbażi tad-dħul mill-bejgħ ta’ impriża sabiex jiġi ffinanzjat il-programm ta’ manutenzjoni u ta’ żvilupp tat-toroq nazzjonali.

Dispożittiv

 

L-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix il-ġbir ta’ taxxa bħat-taxxa fuq id-dħul prevista mil-Liġi Litwana fuq l-iffinanzjar tal-programm ta’ manutenzjoni u ta’ żvilupp tat-toroq (Lietuvos Respublikos kelių priežiūros ir plėtros programos finansavimo įstatymas).