Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 – Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs État belge

(Kawża C-483/08)

“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Sitt Direttiva tal-VAT – Artikolu 10(1) u (2) – Irkupru tat-taxxa mnaqqsa indebitament – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni”

Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Irkupru tat-taxxa - Terminu ta’ preskrizzjoni (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 10) (ara l-punti 38-42 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal de première instance de Mons – Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) - Kunċetti ta’ “fatt taxxabbli” u “intaxxar” - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-proċeduri għall-irkupru tat-taxxa - Jum tal-ħruġ tal-fattura jew jum tal-preżentata tad-dikjarazzjoni li biha l-persuna taxxabbli tinvoka d-dritt tagħha għal tnaqqis tat-taxxa?

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE, tas-7 ta’ Mejju 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali u prattika amministrattiva nazzjonali li jistabbilixxu l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ prekrizzjoni tal-proċeduri għall-irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud imnaqqsa indebitament fil-jum tal-preżentata tad-dikjarazzjoni li biha l-persuna taxxabbli invokat għall-ewwel darba d-dritt tagħha għal tnaqqis.