Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-28 ta' Jannar 2009 — Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Paolo Speranza

(Kawża C-35/09)

(2009/C 82/29)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Konvenut: Paolo Speranza.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva Nru 69/335/KEE (1), li jissuġġetta għad-dazju kapitali ż-żieda fil-kapital ta' kumpannija bil-kontribuzzjoni ta' assi ta' kull tip, għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lok li tiġi ntaxxata l-kontribuzzjoni effettiva, u mhux is-sempliċi deċiżjoni ta' żieda fil-kapital li essenzjalment tkun għadha ma ġietx implementata?

2)

L-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Direttiva Nru 69/335/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa għandha tapplika esklużivament fuq il-kumpannija benefiċjarja u mhux ukoll fuq l-uffiċjal pubbliku li jfassal jew jirċievi l-att?

3)

F'kull każ, il-mezzi ta' difiża li l-leġiżlazzjoni Taljana tagħti lill-uffiċjal pubbliku huma konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità jekk jiġi kkunsidrat il-fatt li, skont l-Artikolu 38 tal-P.R. Nru 131 tal-1986, in-nullità jew il-possibbiltà li tiġi annullata d-deċiżjoni ta' żieda fil-kapital hija irrilevanti u li l-ħlas lura tat-taxxa mħallsa jista' jinkiseb biss wara li deċiżjoni ċivili li tiddikjara n-nullità jew l-annulament tkun saret res judicata?


(1)  ĠU L 249, p. 25.