Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/4


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-155/09)

2009/C 167/07

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u D. Triantafyllou)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 18, 39 u 43 tat-Trattat KE fir-rigward tal-Artikolu 12 tal-imsemmi Trattat (u taħt l-Artikoli 28, 31 u 4 tal-Ftehim ŻEE), billi ostakolat l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet iċċitati:

billi tat eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment fuq proprjetà immobbli unikament u esklużivament lill-persuni li diġà jirrisjedu b’mod permanenti fil-Greċja, iżda mhux lil persuni li għandhom l-intenzjoni, fil-ġejjieni, li jistabbilixxu ruħhom fil-pajjiż

billi tat, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment fuq proprjetà immobbli fil-Greċja biss liċ-ċittadini Griegi fir-rigward tas-suq tal-ewwel abitazzjoni fil-Greċja, fejn dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni espliċita b’dannu għar-residenti barranin li mhumiex ċittadini Griegi.

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli hija essenzjalment ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini Griegi. Il-fatt li ċittadini Komunitarji li ma jirrisjedux fil-Greċja huma esklużi mill-eżenzjoni jikkostitwixxi diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza u dan jagħmel diffiċli u jostakola liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra milli jaċċeddu għas-suq tal-ewwel abitazzjoni fl-imsemmi pajjiż. Dan l-ostakolu diskriminatorju huwa kkonfermat u msaħħaħ mil-limitazzjoni espliċita tal-eżenzjoni għaċ-ċittadini Griegi residenti barra l-pajjiż.

Il-miżura ma tiffavorixxix l-aċċess tal-persuni residenti fil-pajjiż għall-abitazzjoni tagħhom u dan fid-dawl tan-nuqqas ta’ l-obbligi korrispondenti fir-rigward tal-użu tal-proprjetà immobbli. Barra minn hekk, din il-miżura hija eċċessiva peress li r-residenza effettiva tista’ tiġi vverifikata permezz ta’ dikjarazzjoni tax-xerrejja, flimkien mad-diversi dokumenti elenkati fir-reġistru jew permezz ta’ spezzjonijiet.

Fir-rigward tar-restrizzjoni espliċita tal-eżenzjoni għal Griegi residenti barra mill-pajjiż, din ma tistax tiġi ġġustifikata minħabba l-għan ta’ ripatrijazzjoni tagħhom, peress li tikser id-dritt ta’ moviment liberu.