Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 –
Il-Kummissjoni vs Il-Polonja
(Kawża C-228/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – VAT – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 78, 79, 83 u 86 – Valur taxxabbli – Bejgħ ta’ vettura – Inklużjoni fl-ammont taxxabbli ta’ taxxa applikabbli għal vetturi mhux irreġistrati”
Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Ammont taxxabbli (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, is-subparagrafu (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 u l-Artikoli 79, 83 u 86) (ara l-punti 33, 34, 39, 40, 46-48, 50, 51)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 78, 79, 83 u 86 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Bejgħ ta’ vettura bil-mutur - Inklużjoni fil-valur taxxabbli ta’ taxxa dovuta mar-reġistrazzjoni tal-vettura. |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |