Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 – Il-Kummissjoni vs Il-Polonja
(Kawża C-311/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Taxxa – VAT – Trasport internazzjonali ta’ persuni – Taxxa b’rata fissa imposta fuq trasportaturi stabbiliti barra mit-territorju nazzjonali”
1. Stati Membri - Obbligi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 18)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni - Eżerċizzju diskrezzjonali (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 19)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 31)
4. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru tal-Kummissjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 34)
5. Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Valur taxxabbli - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Obbligi tal-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 73, 168 u 273) (ara l-punti 39 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 73, 168 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq it-trasportaturi stabbiliti barra mill-pajjiż il-ħlas ta’ VAT skont sistema ta’ taxxa b’rata fissa bbażata biss fuq in-numru ta’ passiġġieri ttrasportati fit-territorju nazzjonali u li ma tippermettix tnaqqis tat-taxxa imposta fl-istadju preċedenti. |
Dispożittiv
1) Bl-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud skont il-modalitajiet iddefiniti fl-Artikolu 35(1), (3), (4) u (5) tal-Kapitolu 13 tar-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi, tas-27 ta’ April 2004, dwar l-implementazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijet tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-prodotti u s-servizzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 73, 168 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
2) Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.