Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 – Il-Kummissjoni vs L-Awstrija
(Kawża C-433/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni – Direttiva 2006/112/KE – VAT – Valur taxxabbli – Taxxa imposta fuq il-kunsinna ta’ vetturi li għadhom ma humiex irreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat, skont il-valur u skont il-konsum medju tagħhom – ‘Normverbrauchsabgabe’”
Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Valur taxxabbli (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 78) (ara l-punti 33-35, 38, 39, 43, 46)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 78 u 79 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Bejgħ ta’ vettura bil-mutur - Inklużjoni fil-valur taxxabbli ta’ taxxa fuq il-kunsinna ta’ vetturi li għadhom ma humiex irreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat skont il-valur u l-konsum medju tagħhom (“Normverbrauchsabgabe”). |
Dispożittiv
1) |
Billi inkludiet fil-valur taxxabbli t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fl-Awstrija fuq il-kunsinna ta’ vettura bil-mutur skont il-konsum medju tagħha (“Normverbrauchsabgabe”), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |