13.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Niedersächsischen Finanzgerichts (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Novembru 2009 — Ulrich Schröder vs Finanzamt Hameln
(Kawża C-450/09)
2010/C 37/04
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Niedersächsischen Finanzgerichts.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ulrich Schröder.
Konvenut: Finanzamt Hameln.
Domanda preliminari
Skont l-Artikolu 234(3) KE, id-domanda li ġejja hija sottomessa għal deċiżjoni preliminari:
Huwa kuntrarju għall-Artikoli 56 u 12 KE li qarib parzjalment suġġett għat-taxxa fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma jistax inaqqas mid-dħul tiegħu l-kirjiet imħallsa fuq proprjetà immobbli, bħala spejjeż straordinarji, filwaqt li persuna suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul kollu tagħha tista’?