Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 – Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja
(Kawża C-453/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa – Annimali ħajjin normalment intiżi li jintużaw fil-preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali – Provvisti, importazzjonijiet u akkwisti ta’ ċerti annimali ħajjin, b’mod partikolari żwiemel”
Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 96 u 98 u Anness III) (ara l-punti 44, 47-55)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 96 u 98, moqrija flimkien mal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Rata mnaqqsa - Provvista, importazzjoni u akkwist ta’ ċerti annimali ħajjin (b’mod partikolari żwiemel) li ma humiex intiżi għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali. |
Dispożittiv
1) Billi applikat rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti, għall-importazzjonijiet u għall-akkwisti kollha intra-Komunitarji ta’ żwiemel, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 96 sa 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III tagħha.
2) Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
3) Ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom