Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2010 – Calestani u Lunardi vs Agenzia delle Entrate – Ufficio di Parma
(Kawżi magħquda C-292/09 u C-293/09)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà manifesta”
1. Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali - Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża - Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-domandi mqajma - Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 18, 19)
2. Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv (Artikolu 234 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23) (ara l-punti 20-29)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Commissione tributaria provinciale di Parma -Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(B)(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) - Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ oġġetti destinati esklużivament għal attività eżentata jew eskluża mid-dritt għat-tnaqqis - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-eżenzjoni. |
Dispożittiv
|
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja), permezz tad-deċiżjonijiet tad-9 u tas-17 ta’ Ġunju 2009, huma manifestament inammissibbli. |