Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 – Gennaro Curia vs Ministero dell’Economia e delle Finanze u Agenzia delle Entrate

(Kawża C-381/09)

“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Sitt Direttiva tal-VAT – Kamp ta’ applikazzjoni – Eżenzjonijiet mill-VAT – Artkolu 13B(d)(1) – Għoti, negozjar u mmaniġġjar ta’ kreditu – Self b’użura – Attività illegali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali”

1.                     Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae (Direttiva tal-Kunsill 77/388) (ara l-punti 18-20 u d-dispożittiv)

2.                     Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva – Eżenzjoni għat-tranżazzjonijiet ta’ għoti ta’ kreditu (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 13B(d)(1)) (ara l-punti 18-20 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 B(d)(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Eżenzjonijiet – Tranżazzjonijiet li jikkonsistu fl-għoti, in-negozjar u l-immaniġġjar tal-kreditu – Attività ta’ min jislef il-flus bl-użura, attività illegali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Dispożittiv

Peress illi l-attività ta’ self b’użura tikkostitwixxi ksur skont id-dritt penali nazzjonali, hija taqa’, minkejja n-natura illegali tagħha, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima. L-Artikolu 13B(d)(1) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta din l-attività għat-taxxa fuq il-valur miżjud meta l-attività korrispondenti tal-għoti ta’ self ta’ flus b’interessi mhux eċċessivi hija eżenti minn din it-taxxa.