11.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-12 ta’ Lulju 2010 — X vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-334/10)
()
2010/C 246/50
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Hoge Raad der Nederlanden
Domandi preliminari
1) |
Persuna taxxabbli li temporanjament tuża għall-bżonnijiet privati tagħha parti minn beni ta’ investiment tal-impriża tagħha — fid-dawl tal-ewwel subparagrafu (a) u (b) tal-Artikolu 6(2), tal-Artikolu 11(A)(1)(ċ) u tal-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva (1) — għandha d-dritt għal tnaqqis mit-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud fuq l-ispejjeż magħmula sabiex isiru tibdiliet fit-tul bl-uniku għan ta’ użu għal skopijiet privati? |
2) |
Ir-risposta għal din id-domanda tkun differenti fl-ipoteżi fejn l-akkwist ta’ beni ta’ investiment kien intaxxat bil-VAT u li din kienet tnaqqset mill-persuna taxxabbli? |
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)