Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Chartres (Franza) fid-29 ta’ Novembru 2010 — Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Bourges-Maunoury (née Heintz) vs Direction des services fiscaux d’Eure et Loir

(Kawża C-558/10)

2011/C 46/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Chartres

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Michel Bourges-Maunoury, Marie-Louise Bourges-Maunoury (née Heintz)

Konvenuta: Direction des services fiscaux d’Eure et Loir

Domanda preliminari

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Kapitolu V tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej (1), jipprekludi li d-dħul kollu ta’ persuna taxxabbli, inkluż dħul Komunitarju, jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont massimu tat-taxxa solidali fuq il-ġid?


(1)  ĠU L 152, p. 13, li sar l-Artikolu 12 tal-Kapitolu V tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2010, C 83, p. 266).