Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni vs Franza

(Kawża C-596/10)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini u b’mod partikolari maż-żwiemel”

1.                     Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Rata tat-taxxa — Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 96 sa 99 u Anness III, punti 1 u 11) (ara l-punti 46, 47, 76, 80 u d-dispożittiv)

2.                     Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Rata tat-taxxa — Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa tranżitorja — Kundizzjonijiet (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 99 u 110) (ara l-punti 74, 75, 77)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96 sa 99 u tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini, b’mod partikolari maż-żwiemel.

Dispożittiv

1)

Billi applikat rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini u, b’mod partikolari, maż-żwiemel, meta dawn tal-aħħar ma jkunux normalment intiżi li jintużaw fil-preparazzjoni tal-ikel jew fil-produzzjoni agrikola, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 99 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III ta’ din tal-aħħar.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.