Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče (ir-Repubblika tas-Slovenja) fil-21 ta’ Diċembru 2010 — Pelati d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-603/10)

2011/C 80/22

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Upravno sodišče

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pelati d.o.o.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domanda preliminari

Il-dispożizzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 90/434/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha r-Repubblika tas-Slovenja tissuġġetta l-għoti ta’ vantaġġ fiskali għal kumpannija li tixtieq tagħmel diviżjoni (diviżjoni ta’ parti tal-kumpannija u l-ħolqien ta’ kumpannija ġdida) għall-kundizzjoni li din il-kumpannija tissottometti tempestivament applikazzjoni għall-ħruġ ta’ permess għal rikonoxximent ta’ benefiċċji fiskali li tirriżulta mid-diviżjoni, jekk il-kundizzjonijiet imposti jkunu sodisfatti, u li skont liema b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali, il-persuna taxxabbli titlef awtomatikament il-benefiċċji tat-taxxa mal-iskadenza tat-terminu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet [mergers], id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 1).