Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fis-7 ta’ Jannar 2011 — Waypoint Aviation SA vs L-Istat tal-Belġju — SFP Finances

(Kawża C-9/11)

2011/C 95/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Waypoint Aviation SA

Konvenuti: L-Istat tal-Belġju — SFP Finances

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 49 tat-Trattat KE jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 29(2)(d) tal-liġi tal-11 ta’ April 1983, sa fejn:

minn naħa, din id-dispożizzjoni tippermetti l-għoti ta’ kreditu ta’ taxxa, il-précompte mobilier fittizju, lill-benefiċjarji ta’ dħul minn kreditu jew ta’ self mogħti lil ċentru ta’ koordinazzjoni skont id-Digriet Irjali Nru 187 tat-30 ta’ Diċembru 1982, dwar il-ħolqien taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, meta l-kumpannija li tagħmel użu mill-fondi mislufa minn jew permezz taċ-ċentru ta’ koordinazzjoni sabiex takkwista proprjetà materjali li hija tuża fil-Belġju għall-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħha, tagħti d-dritt ta’ użu lil kumpannija li tagħmel parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji u li tirrisjedi fil-Belġju, filwaqt li, min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni ma tippermettix li jingħata kreditu ta’ taxxa meta l-istess kumpannija tagħti d-dritt ta’ użu fuq l-istess proprjetà materjali lil kumpannija li bl-istess mod tagħmel parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji iżda li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor li ma huwiex il-Belġju?

(2)

L-Artikolu 10 tat-Trattat KE, moqri flimkien mal-Artikolu 49 tat-Trattat KE, għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni bħall-Artikolu 29(2)(d) tal-liġi tal-11 ta’ April 1983, li tissottometti l-għoti ta’ kreditu ta’ taxxa, il-précompte mobilier fittizju, lill-benefiċjarji ta’ dħul minn kreditu jew ta’ self mogħti lil ċentru ta’ koordinazzjoni skont id-Digriet Irjali Nru 187 tat-30 ta’ Diċembru 1982, dwar il-ħolqien taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, bil-kundizzjoni li l-ebda dritt ta’ użu fuq il-proprjetà materjali ffinanzjata permezz tal-kreditu jew self tagħha ma jingħata lil xi membru ta’ grupp stabbilit fi Stat Membru ieħor, minn ebda kumpannija tal-grupp, u mhux biss mill-kumpannija li takkwista l-proprjetà materjali permezz ta’ dan il-finanzjament, u li tużah fil-Belġju għall-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħha?