Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny de Varsovie (ir-Repubblika tal-Polonja) fit-2 ta’ Marzu 2011 — Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych, bureau I à Varsovie.

(Kawża C-115/11)

2011/C 152/23

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny de Varsovie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FORMAT Urządzenia i Montaże Przemysłowe

Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych, bureau I à Varsovie

Domandi preliminari

(1)

il-fatt li [p]ersuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar — li dwarha l-Artikolu 14(2)(b) jiċċara li dan jirrigwarda persuna differenti minn dik imsemmija fl-Artikolu 14(2)(a)– taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Siġurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persui li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1), ifisser li persuna impjegata permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol minn min iħaddem, fejn dan tal-aħħar huwa persuna waħda

a)

hija pparagunata ma’ tali persjuna jekk, minħabba n-natura tal-impjieg tagħha, hija impjegata attività f’diversi Stati Membri fl-istess waqt (simultanjament), inkluż għal perijodi relattivament qosra, u għaldaqstant, taqsam il-fruntiera ta’ spiss

u jfisser ukoll li din il-persuna impjegata

b)

huwa pparagunat ma’ tali persuna jekk, fil-kuntest ta’ kuntratt wieħed ta’ xogħol, jitqies li jwettaq xogħlu b’mod permanenti (normalment) f’diversi Stati Membri, inkluż fl-Istat fejn jirrisjedi jew f’diversi Stati Membri oħrajn li ma humiex l-Istat ta’ residenza tiegħu — sew jekk indipendentement mit-tul tal-perijodi suċċessivi li fihom iwettaq l-obbligi tiegħu f’kull wieħed mill-Istati Membri u mill-interruzzjonijiet bejniethom, sew jekk b’limitu ratione temporis?

(2)

jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fil-pożittiv għall-każ ippreżentat fil-punt (b) hawn fuq, huwa possibbli li l-Artikolu 14(2)(b)(ii) tar-Regolament Nru 1408/71 jiġi applikat, meta l-obbligu li jirriżulta mill-kuntratt ta’ xogħol bejn il-ħaddiem u min iħaddem, fejn dan tal-aħħar huwa persuna waħda, għal xogħol li jrid jitwettaq, b’mod permanenti, f’diversi Stati Membri jinkludi t-twettiq ta’ obbligi fl-Istat ta’ residenza tal-ħaddiem, minkejja li din is-sitwazzjoni — ix-xogħol fl-Istat ta’ residenza — tidher eskluża fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt ta’ xogħol u, fil-każ ta’ risposta negattiva, huwa possibbli li jintuża l-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament Nru 1408/71?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.