Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Marzu 2011 — A Oy

(Kawża C-123/11)

2011/C 145/24

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A Oy

Konvenuti: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö u Valtiovarainministeriö

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE jeħtieġu li kumpannija li takkwista tkun tista’, mit-taxxa tagħha, tnaqqas it-telf li jirriżulta minn attività li wettqet, tul is-snin preċedenti għal fużjoni, fi Stat Membru ieħor mill-kumpannija akkwistata, li kienet stabbilita hemmhekk, meta l-kumpannija li takkwista ma għandhiex sede fissa fl-Istat ta’ residenza tal-kumpannija akkwistata u fejn taħt ir-regoli nazzjonali, il-kumpannija li takkwista hija awtorizzata tnaqqas it-telf ta’ kumpannija akkwistata jekk din hija kumpannija nazzjonali jew jekk it-telf seħħ fi stabbiliment fiss li jinstab fit-territorju nazzjonali ?

(2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE għandhom effett fuq jekk l-ammont tat-telf li jista’ jitnaqqas għandux ikun ikkalkolat skont il-leġizlazzjoni fiskali tal-Istat ta’ residenza tal-kumpannija li takkwista, jew għandux ikun ikkunsidrat bħala telf li jista’ jitnaqqas, it-telf li subiet il-kumpannija akkwistata fl-Istat tar-residenza tagħha u kkonsolidat skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat?