Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Ludwigshafen am Rhein (il-Ġermanja) fil-11 ta’ April 2011 — Georges Erny vs Daimler AG — Werk Wörth

(Kawża C-172/11)

2011/C 226/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Ludwigshafen am Rhein

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georges Erny

Konvenuta: Daimler AG — Werk Wörth

Domandi preliminari

(1)

Klawżola inkluża fi ftehim individwali dwar l-irtirar kmieni progressiv, li tipprovdi li ż-żieda miftiehma għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-digriet Ġermaniż dwar is-salarju nett minimu (Mindestnettoentgeltverordnung) anki fir-rigward tal-ħaddiema transkonfinali minn Franza — kif previst fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim dwar l-irtirar kmieni progressiv konkluż bejn il-partijiet —, tikser l-Artikolu 45 TFUE, kif implementat permezz tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (1)?

(2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Artikolu 45 TFUE, kif implementat permezz tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68, dispożizzjonijiet analogi li jinsabu fi ftehim, bħall-Artikolu 8.3 tal-Ftehim ta’ grupp ta’ stabbilimenti tal-24 ta’ Lulju 2000 u bħall-Artikolu 7 tal-Ftehim kollettiv tat-23 ta’ Novembru 2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fir-rigward tal-ħaddiema transkonfinali, iż-żieda ma għandhiex tiġi kkalkolata fuq il-bażi tat-tabella prevista fid-digriet imsemmi iktar ’il fuq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15.