Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (Suomi) fit-28 ta’ Ġunju 2011 — K

(Kawża C-322/11)

2011/C 252/46

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K

Konvenut: Veronsaaji oikeudenvalvontayksikkö, valtiovaranministeriö

Domanda preliminari

L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ġabra ta’ regoli nazzjonali li skont dawn persuna li hija persuna taxxabbli prinċipalment fil-Finlandja ma tistax tnaqqas it-telf subit, waqt it-trasferiment ta’ beni immobbli li jinsab fi Franza, mill-qligħ, taxxabbli fil-Finlandja, li hija għamlet bit-trasferiment ta’ azzjonijiet, filwaqt li persuna li hija persuna taxxabbli prinċipalment fil-Finlandja tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, tnaqqas mill-qligħ minn kapital tagħha t-telf subit waqt it-trasferiment ta’ beni immobbli ekwivalenti li jinsab fil-Finlandja?