Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Awwissu 2011 — Katja Ettwein vs Finanzamt Konstanz

(Kawża C-425/11)

2011/C 331/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Katja Ettwein

Konvenut: Fianzamt Konstanz

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1), (BGBl. II 2001, p. 810 et seq), irratifikat mill-Bundestag fit-2 ta’ Settembru 2001 (BGBl. II 2001, p. 810) u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni” jew l-“FMLP”), b’mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 11, 16 u 21 tiegħu u l-Artikoli 9, 13 u 15 tal-Anness I tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li konjuġi residenti fl-Isvizzera u li huma suġġetti għat-taxxa fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fuq id-dħul taxxabbli kollu tagħhom, jiċċaħħdu mill-benefiċċju tat-tassazzjoni konġunta bl-applikazzjoni tal-metodu msejjaħ “splitting”?


(1)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Att finali — Dikjarazzjonijiet komuni — Dwar id-dħul fis-seħħ tas-seba’ ftehim milħuqa mal-Konfederazzjoni Svizzera fis-setturi tal-moviment liberu tal-persuni, tat-trasport bl-ajru u bl-art, tal-kuntratti pubbliċi, tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tar-rikonoxximent reċiproku tal-evalwazzjoni tal-konformità u tal-iskambju ta’ prodotti agrikoli, ĠU 2002, L 114, p. 6.