Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 — Purple Parking u Airparks Services vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C–117/11)

“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Tassazzjoni — VAT — Sitt Direttiva — Artikolu 28(2)(a) — Artikolu 28(3)(b) — Eżenzjoni ta’ ċerti servizzi ta’ trasport — Operazzjoni li tgħaqqad servizzi ta’ parkeġġ tal-karozza flimkien mat-trasport tal-persuni li jivvjaġġaw bejn il-parkeġġ u ajruport — Eżistenza ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi distinti jew ta’ provvista waħda — Prinċipju ta’ newtralità fiskali”

Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Provvista ta’ servizzi — Operazzjonijiet komposti minn diversi elementi — Servizzi, minn naħa, ta’ parkeġġ ta’ vetturi f’parkeġġ estern ta’ ajruport u, min-naħa l-oħra, ta’ trasport tal-persuni li jivvjaġġaw bejn dan il-parkeġġ u l-ajruport — Operazzjoni li għandha titqies bħala servizz kumpless uniku (Direttivi tal-Kunsill 77/388 u 92/111) (ara l-punt 41 u d-dispożittiv 1)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — Interpretazzjoni tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Għażla għall-Istati Membri li jżommu fis-seħħ eżenzjonijiet b’rimbors tat-taxxa mħallsa qabel — Żamma, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ eżenzjoni b’rimbors tat-taxxa mħallsa għal ċerti servizzi ta’ trasport — Operatur li jipprovdi, lill-persuni li jivvjaġġaw bl-ajru, servizz ta’ parkeġġ tal-karozza flimkien ma’ servizz ta’ trasport bejn il-parkeġġ u l-ajruport — Operazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata, għall-finijiet tal-VAT, bħala provvista waħda jew bħala numru ta’ provvisti distinti?

Dispożittiv

Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandha tiġi interpretata fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli, servizzi ta’ parkeġġ ta’ vettura f’parkeġġ “barra l-ajruport” u ta’ trasport tal-passiġġieri tal-vettura msemmija bejn il-parkeġġ u t-terminal tal-ajruport ikkonċernat għandhom, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, jitqiesu bħala provvista kumplessa unika li fiha s-servizz ta’ parkeġġ huwa predominanti.