Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (L-Olanda) fit-18 ta’ Jannar 2012 — X B.V. vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-24/12)

2012/C 98/23

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X B.V.

Il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

PTEE (Pajjiż u territorju extra-Ewropej) ta’ Stat Membru jista’ jiġi kklassifikat bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE), f’liema każ l-Artikolu 56 KE jista’ jiġi invokat għall-movimenti ta’ kapital bejn Stat Membru u l-PTEE tiegħu?

(2a)

Fil-każ li l-ewwel domanda titwieġeb fl-affermattiv, għandha, fil-kawża preżenti fejn, mill-1 ta’ Jannar 2002, it-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi marbuta ma’ sehem iddistribwiti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi lill-kumpannija parent tagħha stabbilita fl-Antilli Olandiżi żdiedet meta mqabbla mal-1993 minn 7.5 % jew 5 % għal 8.3 %, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx żieda għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 57(1) KE (li sar l-Artikolu 64(1) TFUE) tittieħed inkunsiderazzjoni biss iż-żieda f’ras il-għajn tal-Pajjiżi l-Baxxi jew għandha tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-kuntest taż-żieda tat-taxxa f’ras il-għajn tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-awtoritajiet tal-Antilli Olandiżi stabbilixxew mill-1 ta’ Jannar 2002 eżenzjoni għad-dividendi marbuta ma’ sehem riċevuti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, filwaqt illi qabel dawn id-dividendi kienu jifformaw parti mid-dħul intaxxat bir-rata ta’ 2.4, 3 jew 5 %?

(2b)

Fil-każ li għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni t-tnaqqis tat-taxxa fl-Antilli Olandiżi mwettaq permezz tal-eżenzjoni tal-ishma, imsemmija iktar ’il fuq fil-punti 2(a), għandhom l-iskemi tal-Antilli Olandiżi intiżi għall-fażi ta’ applikazzjoni, jiġifieri f’din il-kawża r-ruling tal-Antilli Olandiżi, li kienu possibbilment wasslu għall-fatt li qabel l-1 ta’ Jannar 2002, u diġà fl-1993, kien hemm tnaqqis sostanzjali fir-rata ta’ taxxa ta’ 8.3 % effettivament dovuta fuq id-dividendi riċevuti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, jittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni?