Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/9


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-127/12)

2012/C 126/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 21 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u taħt l-Artikoli 28 u 40 tat-Trattat dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) meta introduċa differenzi, fit-trattament fiskali applikat fir-rigward tad-donazzjonijiet u tas-suċċessjonijiet, bejn l-aventi kawża u d-donaturi residenti fi Spanja u dawk mhux residenti; bejn il-predeċessuri fid-dritt residenti fi Spanja u dawk mhux residenti; u bejn id-donazzjonijiet u dispożizzjonijiet simili ta’ beni immobbli li jinsabu ġewwa u barra minn Spanja.

tikkundanna lir-Renju tas-Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(1)

Fi Spanja, it-taxxa fuq is-suċċessjonijet u d-donazzjonijiet hija taxxa Statali li r-regolazzjoni bażika tagħha sseħħ permezz tal-Liġi 29/87 tat-18 ta’ Diċembru 1987, kif ukoll permezz tar-regolament approvat bid-Digriet Irjali 1629/1991, tat-8 ta’ Novembru. Il-ġestjoni u d-dħul fiskali ġew ittrasferiti lejn il-Komunitajiet Awtonomi, minkejja li l-leġiżlazzjoni Statali tapplika fil-każijiet li hija stess tiddetermina, prinċipalment fil-każijiet li fihom ma hemmx punt ta’ konnessjoni personali jew reali ma’ Komunità Awtonoma.

(2)

Fil-Komunitajiet awtonomi kollha li eżerċitaw il-kompetenza leġiżlattiva tagħhom fuq it-taxxa tas-suċċessjonijiet u d-donazzjonijiet, il-piż fiskali sostnut mill-persuna taxxabbli huwa kunsiderevolment inqas minn dak impost mil-leġiżlazzjoni Statali, li joħolq differenza bejn it-trattament fiskali applikat fir-rigward tad-donazzjonijet u tas-suċċessjonijiet bejn l-aventi kawża u d-donaturi residenti fi Spanja u dawk mhux residenti; bejn il-predeċessuri fid-dritt residenti fi Spanja u dawk mhux residenti; u bejn id-donazzjonijiet u dispożizzjonijiet simili ta’ beni immobbli li jinsabu ġewwa u barra minn Spanja.

(3)

L-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali tikser l-Artikoli 21 u 63 TFUE u l-Artikoli 28 u 40 taż-ŻEE.