Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di La Spezia (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-233/12)

2012/C 217/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di La Spezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Simone Gardella

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 20, 45, 48 u 145 sa 147 TFUE u l-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali li ma tippermettix ħaddiem ta’ Stat Membru jittrasferixxi fis-sistema ta’ pensjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali stabbilita fit-territorju ta’ Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea, fejn jaħdem u fejn jinsab assigurat, id-drittijiet tal-pensjoni li huwa kiseb fis-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat tiegħu, fejn kien assigurat qabel?

(2)

Fid-dawl b’mod partikolari tar-risposta għall-ewwel domanda, it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni għandu jiġi reż possibbli anki fin-nuqqas ta’ ftehim speċifiku bejn l-Istat Membru ta’ oriġini tal-ħaddiem jew l-istituzzjoni ta’ pensjoni tiegħu, minn naħa, u l-organizzazzjoni internazzjonali, min-naħa l-oħra?