Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Sul (il-Portugall) fis-6 ta’ Ġunju 2012 — Fazenda Pública vs ITELCAR — Automóveis de Aluguer, Lda

(Kawża C-282/12)

2012/C 250/18

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Sul (il-Portugall)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fazenda Pública, ITELCAR — Automóveis de Aluguer, Lda

Konvenuta: ITELCAR — Automóveis de Aluguer, Lda, Fazenda Pública

Domanda preliminari

L-Artikoli 63 u 65 tat-TFUE (l-ex Artikoli 56 u 58 tat-TKE) jipprekludu lil leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma huwa l-Artikolu 61 tal-CIRC (kodiċi Portugiż tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi), fil-verżjoni li tirriżulta mid-Digriet-liġi 198/2001, tat-3 ta’ Lulju, u bl-emendi magħmula permezz tal-Liġi 60 A/2005, tat-30 ta’ Diċembru (Baġit tal-Istat għall-2006), li, f’sitwazzjoni fejn persuna taxxabbli li tirrisjedi fil-Portugall għandha dejn ma’ entità ta’ pajjiż terz li miegħu għandha relazzjonijiet speċjali fis-sens tal-Artikolu 58(4) tal-CIRC, ma tippermettix li l-interessi sostnuti u mħallsa minn din il-persuna taxxabbli fuq il-parti mid-dejn meqjusa bħala eċċessiva fis-sens tal-Artikolu 61(3) tal-CIRC, jistgħu jitnaqqsu inkwantu nfiq fl-istess ċirkustanzi bħall-interessi sostnuti u mħallsa minn persuna taxxabbli li tirrisjedi fil-Portugall, li għandha dejn eċċessiv ma’ entità li tirrisjedi fil-Portugall li magħha għandha relazzjonijiet speċjali?