22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Settembru 2012 — Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili vs SC Rafinăria Steaua Română SA
(Kawża C-431/12)
2012/C 399/17
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casație și Justiție
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili.
Konvenuta: SC Rafinăria Steaua Română SA.
Domandi preliminari
L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 124 tal-Kodiċi tal-proċedura fiskali fis-sens li l-Istat ma jkunx responsabbli għall-ħlas tal-interessi fuq is-somom mitluba mid-dikjarazzjoni tal-VAT, għall-perijodu bejn id-data tat-tpaċija ta’ dawn is-somom u d-data tal-annullament tal-atti ta’ tpaċija permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?
(1) ĠU L 347, p. 1.