Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

16.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Gmina Wrocław vs Minister Finansów

(Kawża C-72/13) (1)

((VAT - Direttiva 2006/112/KE - Trasferiment minn muniċipalità ta’ elementi tal-patrimonju tagħha))

2014/C 184/04

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gmina Wrocław

Konvenut: Minister Finansów

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Naczelny Sąd Administracyjny – Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) – Tassazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ muniċipalità – Bejgħ ta’ beni akkwistati skont il-liġi jew permezz tas-suċċessjoni jew tad-donazzjoni – Kontribut ta’ dawn il-beni lil kumpannija.

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li jkunu suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud tranżazzjonijiet bħal dawk maħsuba mill-gmina Wroclaw (muniċipalità ta’ Wroclaw), sa fejn il-qorti tar-rinviju tikkonstata li dawn it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva u li tali tranżazzjonijiet ma jitwettqux minn din il-muniċipalità bħala awtorità pubblika fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tal-istess direttiva. Madankollu, jekk dawn it-tranżazzjonijiet kellhom jiġu kkunsidrati bħala mwettqa mill-imsemmija muniċipalità meta taġixxi bħala awtorità pubblika, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 ma jipprekludux li dawn ikunu suġġetti għat-taxxa sa fejn il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-eżenzjoni tagħhom tkun ta’ natura li twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ta’ ċerta importanza fis-sens tal-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 141, 18.05.2013.