Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Jannar 2013 — Strojírny Prostějov, a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-53/13)

2013/C 141/18

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Strojírny Prostějov, a.s.

Konvenuta: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ fejn impriża (il-fornitur) li tqiegħed ħaddiema għad-dispożizzjoni ta’ impriża oħra hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, timponi fuq l-impriża li tirrikorri għas-servizzi ta’ dawn il-ħaddiema l-obbligu li tiġbor it-taxxa fuq id-dħul imposta fuq ir-remunerazzjonijiet imħallsa lil dawn il-ħaddiema u li tittrasferixxiha lill-baġit tal-Istat, filwaqt li, fil-każ fejn il-fornitur huwa stabbilit fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, dan l-obbligu jaqa’ fuq il-fornitur?