Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Frar 2013 — Staatssecretaris van Financiën vs X

(Kawża C-87/13)

2013/C 141/24

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenut: X

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-moviement liberu tal-kapital, jipprekludi li persuna residenti fil-Belġju li, fuq talba tagħha, hija ntaxxata bħala persuna taxxabbli residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi, u li sostniet spejjeż relatati ma’ kastell li huwa l-abitazzjoni propja tagħha, li jinsab fil-Belġju u li huwa kkunsidrat f’dan l-Istat bħala monument u sit rurali protett, ma tistax tnaqqas dawn l-ispejjeż għat-tassazzjoni tad-dħul fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li l-kastell ma kienx irreġistrat fil-Pajjiżi l-Baxxi bħala monument storiku protett?

(2)

F’dan ir-rigward sa fejn huwa rilevanti li l-persuna kkonċernata tista’ tnaqqas, għat-taxxa fuq id-dħul fil-pajjiż ta’ residenza tagħha, il-Belġju, dawn l-ispejjeż mid-dħul attwali jew ġejjieni tagħha li jorigina minn beni mobbli, permezz tal-għażla ta’ tassazzjoni progressiva ta’ dan id-dħul?