8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Novembru 2013 — F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt
(Kawża C-589/13)
2014/C 71/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt
Konvenut: Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Wien
Domanda preliminari
L-Artikolu 56 KE (li issa sar l-Artikolu 63 TFUE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ impożizzjoni ta’ dħul mill-kapital u ta’ dħul mit-trasferiment ta’ holdings ta’ fondazzjoni Awstrijaka, li tipprovdi l-issuġġettar tal-fondazzjoni għal “taxxa provviżorja”, sabiex tiġi ggarantita impożizzjoni unika nazzjonali, biss fil-każ fejn, minħabba ftehim kontra t-taxxa doppja, il-benefiċjarju ta’ donazzjonijiet tal-fondazzjoni jkun eżentat mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital li bħala prinċipju hija imposta fuq id-donazzjonijiet?