7.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2014 – Staatssecretaris van Financiën vs D. G. Kieback
(Kawża C-9/14)
2014/C 102/19
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: D. G. Kieback
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru li fih persuna taxxabbli teżerċita attività bħala persuna impjegata għandu jieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tat-tassazzjoni tad-dħul, is-sitwazzjoni personali u tal-familja tal-persuna kkonċernata f’każ fejn (i) l-imsemmija persuna taxxabbli ħadmet f’dan l-Istat Membru għal parti biss mis-sena finanzjarja li matulha kienet tirresjedi fi Stat Membru ieħor, (ii) kisbet id-dħul kollu jew kważi d-dħul kollu tagħha f’dan l-Istat ta’ impjieg, (iii) telqet tirresjedi u taħdem f’pajjiż ieħor tul is-sena ta’ referenza, u (iv) tqis li ma kisbitx id-dħul kollu jew kważi d-dħul kollu tagħha f’dan l-Istat ta’ impjieg fis-sena finanzjarja kollha? |
2) |
Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk l-Istat li fih il-ħaddiem telaq jirresjedi u jaħdem tul is-sena finanzjarja ma jkunx Stat Membru tal-Unjoni Ewropea? |