Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

16.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/11


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummisjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-112/14)

2014/C 184/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, L. Armati, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni tat-taxxa li tikkonċerna l-għoti ta’ qligħ lil membri ta’ kumpanniji mhux residenti li tipprovdi għal differenza fit-trattament bejn attivitajiet domestiċi u dawk transkonfinali, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 63 TFEU u l-Artikolu 40 taż-ŻEE jew, alternattivament, l-Artikolu 49 TFEU u l-Artikolu 31 taż-ŻEE;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni

It-Taqsima 13 tal-Att dwar it-Tassazzjoni tal-Qligħ Taxxabbli tal-1992 tipprovdi li meta ċertu tip ta’ kumpannija mhux residenti tagħmel profitti, dawn il-profitti jkunu taxxabbli immedjatament lill-azzjonisti u parteċipanti oħra li jkunu residenti fir-Renju Unit, indipendentement minn jekk dawn tal-aħħar jirċievux dħul.

L-argument prinċipali

Ir-residenti tar-Renju Unit ikunu responsabbli għat-taxxa fuq il-profitti ta’ ċerti kumpanniji mhux residenti li fihom huma jipparteċipaw, filwaqt li ma jkunux hekk responsabbli fil-każ li l-kumpanniji kkonċernati jkunu residenti fir-Renju Unit. Din id-differenza fit-tassazzjoni tista’ tiskoraġixxi lil persuni taxxabbli fir-Renju Unit milli jinvestu f’tali kumpanniji mhux residenti, bi ksur tal-Artikolu 63 TFEU u l-Artikolu 40 taż-ŻEE.

Il-miżura inkwistjoni tista’ tipprekludi ċerti tipi ta’ evitar tat-taxxa u abbuż. Madankollu, l-applikazzjoni tagħha ma hijiex limitata għal każijiet ta’ evitar tat-taxxa jew abbuż u għaldaqstant il-miżura ma hijiex iġġustifikata.