Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Mejju 2014 – Roman Bukovansky vs Finanzamt Lörrach

(Kawża C-241/14)

2014/C 303/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Roman Bukovansky

Konvenut: Finanzamt Lörrach

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1), adottat bħala liġi mill-Bundestag fit-2 ta’ Settembru 2001 (BGB1 II 2001, p. 810), u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002, u b’mod partikolari, il-premessi u l-Artikoli 1, 2 u 21 tiegħu kif ukoll l-Artikoli 7 u 9 tal-Anness I tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, ma għandux jiġi suġġett għat-taxxa Ġermaniża, skont l-Artikolu 4(4) tal-Ftehim dwar prevenzjoni tat-taxxa doppja mal-Isvizzera 1971/2002, moqri flimkien mar-raba’ sentenza tal-Artikolu 15a(1) tal-istess ftehim, ħaddiem li mill-Ġermanja mar jgħix l-Isvizzera, li ma huwiex ċittadin Svizzeru u li, minn meta mar jgħix l-Isvizzera, sar ħaddiem transkonfinali invers fis-sens tal-Artikolu 15(a)(1) tal-imsemmi ftehim?


(1)  ĠU L 114, p. 6.