Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fit-23 ta’ Mejju 2014 – Pensioenfonds Metaal en Technie vs Skatteverket

(Kawża C-252/14)

2014/C 235/15

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pensioenfonds Metaal en Technie

Konvenut: Skatteverket

Domanda preliminari

L-Artikolu 63 TFUE jostakola leġiżlazzzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dividendi mħallsa minn kumpannija residenti jkunu suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn jekk l-azzjonist ikun resident fi Stat Membru ieħor meta, fil-każ ta’ azzjonist resident, dawn id-dividendi jkunu suġġetti għal taxxa kkalkolata fil-forma ta’ somma mħallsa f’daqqa fuq il-bażi ta’ dħul fittizju li, matul iż-żmien, hija intiża li tikkorrispondi għat-tassazzjoni normali tad-dħul kollu mill-kapital?