8.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Timiș (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Ġunju 2014 – Silvia Ciup vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Timiș – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Timișoara
(Kawża C-288/14)
2014/C 303/25
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunal Timiș
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Silvia Ciup
Konvenut: Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Timiș – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Timișoara.
Domanda preliminari
Il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività tal-azzjonijiet għal kumpens tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll id-dritt għall-proprjetà stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ dritt intern li jiddifferixxu, permezz ta’ ħlas mifrux fuq 5 snin, il-ħlas lura tat-taxxi rċevuti bi ksur tad-dritt Komunitarju u tal-interessi legali marbuta magħhom, ordnata permezz ta’ deċiżjonijiet tal-qorti li saru eżekuttivi minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2015?