Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

20.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Lulju 2014 – X-Steuerberatungsgesellschaft vs Finanzamt Hannover-Nord

(Kawża C-342/14)

2014/C 372/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X-Steuerberatungsgesellschaft

Konvenut: Finanzamt Hannover-Nord

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/36/KE (1) jipprekludi restizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi meta kumpannija ta’ konsulenza fiskali mwaqqfa b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, fl-Istat Membru fejn hija għandha l-istabbilment tagħha u fejn l-attività ta’ konsulenza fiskali ma hijiex irregolata, dikjarazzjoni fiskali għal destinatarju fi Stat Membru ieħor u tibgħatha lill-awtorità fiskali ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu tipprevedi li, sabiex tkun awtorizzata tipprovdi assistenza professjonali fil-qasam fiskali, kumpannija ta’ konsulenza fiskali għandha tkun irrikonoxxuta u għandha titmexxa b’mod responsabbli minn konsulenti fiskali?

2)

Fiċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq fl-ewwel domanda, kumpannija ta’ konsulenza fiskali tista’ tinvoka b’suċċess l-Artikolu 16(1) u (2) tad-Direttiva 2006/123/KE (2), u dan indipendentement mill-kwistjoni dwar f’liema wieħed miż-żewġ Stati Membri hija tipprovdi s-servizz?

3)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq fl-ewwel domanda, dan l-artikolu jipprekludi restizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Istat Membru tad-destinatarju tas-servizz meta l-kumpannija ta’ konsulenza fiskali ma tkunx stabbilita f’dan l-Istat?


(1)  Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, p. 22).

(2)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).