Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

20.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Versailles (Franza) fit-13 ta’ Awwissu 2014 – Groupe Steria SCA vs Ministère des finances et des comptes publics

(Kawża C-386/14)

2014/C 372/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Groupe Steria SCA

Konvenut: Ministère des finances et des comptes publics

Domanda preliminari

L-Artikolu 43 tat-Trattat KE li sar l-Artikolu 49 TFUE marbut mal-libertà tal-istabbiliment għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi li l-leġiżlazzjoni marbuta mal-iskema Franċiża tal-integrazzjoni fiskali tagħti lil kumpannija parent integranti n-newtralizzazzjoni tal-integrazzjoni mill-ġdid tal-parti mill-ispejjeż u l-imposti stabbilita bir-rata fissa ta’ 5 % tal-ammont nett tad-dividendi riċevuti minnha unikament mingħand il-kumpanniji residenti parti fl-integrazzjoni, filwaqt li tali dritt jiġi rrifjutat fir-rigward tagħha, skont din il-leġiżlazzjoni, għad-dividendi li jiġu ddistribwiti lilha mis-sussidjarji tagħha stabbiliti fi Stat Membru ieħor li, li kieku kienu residenti, kienu hemmhekk ikunu oġġettivament eliġibbli, fuq talba tagħhom?