Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

29.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Marzu 2015 – Max-Heinz Feilen vs Finanzamt Fulda

(Kawża C-123/15)

(2015/C 213/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Max-Heinz Feilen

Konvenut: Finanzamt Fulda

Domanda preliminari

Il-moviment liberu tal-kapital li jirriżulta mill-Artikolu 63(1) moqri flimkien mal-Artikolu 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi, fil-każ tas-suċċessjoni favur persuni li jappartjenu għal klassi partikolari ta’ tassazzjoni, tnaqqis tat-taxxa tas-suċċessjoni jekk is-suċċessjoni tinkludi beni li, matul l-għaxar snin qabel din is-suċċessjoni, kienu diġà ġew akkwistati minn benefiċjarji li jaqgħu fil-klassi ta’ tassazzjoni hawn fuq imsemmija u għal dan l-akkwist preċedenti tkun ġiet applikata taxxa tas-suċċessjoni f’dan l-Istat Membru, meta tnaqqis tat-taxxa tas-suċċessjoni huwa eskluż jekk l-akkwist preċedenti jkun ġie suġġett għal taxxa tas-suċċessjoni fi Stat Membru ieħor?