7.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2015 – X, parti oħra: Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-283/15)
(2015/C 294/38)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu li jinsabu fit-TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Spanja u li d-dħul mix-xogħol tiegħu huwa ntaxxat għal madwar 60 % mill-Pajjiżi l-Baxxi u għal madwar 40 % mill-Isvizzera ma jistax inaqqas id-dħul negattiv tiegħu miksub fir-rigward tal-proprjetà tiegħu fi Spanja, li hija għall-użu personali tiegħu, mid-dħul tiegħu mix-xogħol li huwa ntaxxat mill-Pajjiżi l-Baxxi, anki jekk jirċievi dħul tant baxx fi Spanja, li huwa l-Istat ta’ residenza tiegħu, li d-dħul negattiv imsemmi hawn fuq fis-sena inkwistjoni ma setax iwassal għal tnaqqis fiskali fl-Istat ta’ residenza? |
2) |
|
3) |
Ir-risposta għaż-żewġ domandi fformulati fin-numru 2 tkun differenti jekk wieħed mill-Istati fejn iċ-ċittadin tal-Unjoni jaqla’ d-dħul tiegħu ikun l-Isvizzera, li ma hijiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u lanqas ma tagħmel parti miż-Żona Ekonomika Ewropea? |
4) |
Sa fejn huwa rilevanti, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tal-persuna taxxabbli (f’dan il-każ, Spanja) tipprovdi l-possibbiltà li jitnaqqsu interessi ipotekarji tar-residenza proprja tal-persuna taxxabbli, u l-possibbiltà li jiġi kkumpensat it-telf fiskali li jirriżulta minn dan fis-sena inkwistjoni b’eventwali dħul f’dak il-pajjiż fi snin sussegwenti? |