Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-19 ta’ Awwissu 2015 – Belgische Staat vs Comm. V.A. Wereldhave Belgium et

(Kawża C-448/15)

(2015/C 363/29)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Belgische Staat

Konvenuti: Comm. V.A. Wereldhave Belgium, NV Wereldhave International, NV Wereldhave.

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [parent] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li ma tirrinunzjax għall-withholding tax Belġjana fuq dividendi mħallsa minn sussidjarja Belġjana lil kumpannija parent stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ sehem minimu u taż-żamma tiegħu, fuq il-bażi li l-kumpannija parent Olandiża hija impriża ta’ investiment kollettiv ta’ natura fiskali li hija marbuta li tħallas il-profitti kollha tagħha lill-azzjonisti tagħha u, taħt din il-kundizzjoni, tista’ tibbenefika mir-rata żero tat-taxxa fuq il-kumpanniji?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun negattiva, l-Artikoli 49 (ex Artikolu 43) u 63 (ex Artikolu 56) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (fil-verżjoni fis-seħħ sa mill-emenda u r-renumerazzjoni mit-Trattat ta’ Lisbona) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li ma tirrinunzjax għall-withholding tax Belġjana fuq id-dividendi mħallsa minn sussidjarja Belġjana lil kumpannija parent stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ sehem minimu u taż-żamma tiegħu, fuq il-bażi li l-kumpannija parent Olandiża hija impriża ta’ investiment kollettiv ta’ natura fiskali li hija marbuta li tħallas il-profitti kollha tagħha lill-azzjonisti tagħha u, taħt din il-kundizzjoni, tista’ tibbenefika mir-rata żero tat-taxxa fuq il-kumpanniji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147.