3.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-7 ta’ Settembru 2015 – Sjelle Autogenbrug I/S vs Skatteministeriet
(Kawża C-471/15)
(2015/C 363/32)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sjelle Autogenbrug I/S
Konvenut: Skatteministeriet
Domanda preliminari
Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, parts minn vetturi li ma għadhomx jintużaw li impriża ta’ vetturi użati mill-ġdid irreġistrata għall-finijiet tal-VAT tneħħi minn vettura bil-għan li tbiegħ mill-ġdid bħala spare parts, jistgħu jitqiesu bħala oġġetti użati kif imsemmija fl-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (Direttiva tal-VAT)?
(1) ĠU 2006 L 347, p. 1.