Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

(Kawża C-591/15)

(2016/C 027/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE u fid-dawl tar-relazzjonijiet kostituzzjonali li jeżistu bejn Ġibiltà u r-Renju Unit:

1.1.

Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jitqiesu bħala li jifformaw parti minn Stat Membru wieħed għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’tali mod li l-Artikolu 56 TFUE ma huwiex applikabbli, ħlief sa fejn dan jista’ jkun applikabbli għal miżura interna? Sussidjarjament,

1.2.

Fid-dawl tal-Artikolu 355(3) TFUE, Ġibiltà għandha l-istatus kostituzzjonali ta’ territorju separat mir-Renju Unit fi ħdan l-Unjoni Ewropea, b’tali mod li l-provvisti ta’ servizzi bejn Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jiġu ttrattati bħala kummerċ intern fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE? Sussidjarjament,

1.3.

Ġibiltà għandha tiġi ttrattata bħala pajjiż jew territorju terz, b’tali mod li d-dritt tal-Unjoni Ewropea huwa applikabbli għall-kummerċ bejn ir-Renju Unit u Ġibiltà biss meta dan id-dritt huwa applikabbli bejn Stat Membru u Stat mhux membru? Sussidjarjament,

1.4.

Ir-relazzjonijiet kostituzzjonali bejn Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jiġu trattati b’xi mod ieħor għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE?

2)

Miżuri nazzjonali fil-qasam fiskali li għandhom karatterisitiċi bħal dawk tan-New Tax Regime jikkostitwixxu restrizzjoni għad-dritt ta’ moviment liberu tas-servizzi, għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE?

3)

Jekk dan huwa l-każ, l-għanijiet imfittxija, skont il-qorti tar-rinviju, mill-miżuri nazzjonali (bħan-New Tax Regime) huma għanijiet leġittimi li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni tad-dritt ta’ moviment liberu tas-servizzi, skont l-Artikolu 56 TFUE?