Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Trustees of the P. Panayi Accumulation & Maintenance Settlements vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-646/15)

(2016/C 048/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trustees of the P. Panayi Accumulation & Maintenance Settlements

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li Stat Membru jadotta u jżomm leġiżlazzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 80 tat-Taxation of Chargeable Gains Act tal-199[2], li jipprevedi li taxxa għandha tiġi imposta fuq il-qligħ kapitali moħbi magħmul mill-attivi inklużi fi trust fund jekk f’xi mument it-trustees ta’ trust ma jibqgħux jirrisjedu jew ma jibqgħux jirrisjedu abitwalment f’dan l-Istat Membru, huwa kompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment, mal-moviment liberu tal-kapital u mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?

2)

Jekk jiġi preżunt li tali taxxa tirrestrinġi l-eżerċizzju tal-libertà inkwistjoni, din hija ġustifikabbli abbażi tat-tqassim ekwilibrat tas-setgħa ta’ tassazzjoni u hija proporzjonata, meta l-leġiżlazzjoni ma tagħtix lit-trustees l-għażla li jiddifferixxu l-ħlas tat-taxxa jew li jħallsuha bin-nifs u lanqas ma tieħu inkunsiderazzjoni telf sussegwenti fil-valur tal-attivi tat-trust?

3)

Tidħol inkwistjoni waħda mil-libertajiet fundamentali meta Stat Membru jipprevedi taxxa fuq il-qligħ kapitali moħbi magħmul miż-żieda fil-valur tal-attivi miżmuma mit-trusts fid-data li fiha l-maġġoranza tat-trustees ma jibqgħux iktar residenti jew ma jibqgħux iktar residenti abitwali f’dan l-Istat Membru?

4)

Restrizzjoni għal din il-libertà kkawżata minn din it-taxxa ta’ ħruġ hija ġġustifikata sabiex jinżamm it-tqassim ekwilibrat tas-setgħa ta’ tassazzjoni, f’ċirkustanzi li fihom kien possibbli li t-taxxa fuq il-qligħ kapitali tista’ tiġi imposta wkoll fuq il-qligħ kapitali magħmul, iżda biss jekk fil-futur iqumu ċirkustanzi partikolari?

5)

Il-proporzjonalità għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tal-fatti tal-każ? B’mod partikolari, ir-restrizzjoni kkawżata minn tali taxxa hija proporzjonata:

a)

f’ċirkustanzi li fihom il-leġiżlazzjoni ma tipprevedix l-għażla li l-ħlas tat-taxxa jiġi ddifferit jew li t-taxxa titħallas bin-nifs, u lanqas li telf sussegwenti fil-valur tal-attivi tat-trust wara l-ħruġ jittieħed inkunsiderazzjoni,

b)

iżda meta fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-evalwazzjoni tat-taxxa li hija s-suġġett tar-rikors, l-attivi inbiegħu qabel mat-taxxa kienet dovuta u ma naqsux fil-valur bejn ir-rilokazzjoni tat-trust u d-data tal-bejgħ?